Attivita’ għall-Anżjani f’tas-Sliema

Bħal ma jieħu ħsieb jagħmel kull sena, Francis Zammit Dimech qed jorganizza attivita’ għall-Anzjani kollha li joqgħodu tas-Sliema. L-attivita’ se tinżamm nhar il-Ħadd 17 ta’ Jannar 2010 fit-Teatru tas-Salesjani tas-Sliema fl-4.00 p.m. Ikun hemm divertiment ta’ mużika u kant u jitqassam te’ jew kafe’ apparti ‘snacks’ lil kull min jattendi.  Francis ma jonqosx ukoll milli jindirizza din l-attivita’.  Francis osserva magħna li hu jemmen li l-pjaċir tiegħu huwa li jżomm kuntatt mill-aktar regolari mal-kostitwenti kollha u mhux biss meta tkun waslet l-Elezzjoni!

Lura