Ħidma b’riżq il-kostitwenti
Francis Zammit Dimech ikkontesta l-Elezzjonijiet Ġenerali mal-Partit Nazzjonalista għall-ewwel darba fl-1981.
Il-mixja ta' Francis Zammit Dimech fil-Partit Nazzjonalista bħala rappreżentant tal-poplu hi impressjonanti.
Fl-1987 kien elett għall-ewwel darba fil-Parlament bħala Deputat Nazzjonalista.
Fl-Elezzjonijiet Ġenerali ta’ l-1992, 1996 u 1998 Francis Zammit Dimech reġa' ġie elett fil-Parlament. Fl-elezzjonijiet ta’ l-1996 u l-1998 kien elett miż-żewġ distretti elettorali li fihom ikkontesta, id-Disa' u l-Għaxar Distrett
- Fl-1990 inħatar Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Iżvilupp ta' l-Infrastruttura.
- Fl-1992 inħatar Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.
- Fl-1994 inħatar Ministru għall-Ambjent.
- Fl-1998 inħatar Ministru għall-Ambjent.
- Fl-2002 inħatar Ministru għar-Riżorsi u l-Infrasatruttura.
- Fl-2003 inħatar Ministru għat-Turiżmu.
- Fl-2004 inħatar Ministru għat-Turiżmu u Kultura.
Fil-ħidma tiegħu ministerjali Francis Zammit Dimech ta s-sehem sħiħ tiegħu biex tinbena mill-ġdid, jew tissaħħah, l-infrastruttura tal-pajjiz, biex jitjieb l-ambjent li fih ngħixu, biex jitħarsu r-risorsi ta' pajjiżna u biex jissaħħah is-settur turistiku.
Isem Francis Zammit Dimech jibqa' marbut mal-bini ta' l-Air Terminal il-ġdid u mas-sistema l-ġdida tat-telefon diġitali. Jibqa' wkoll marbut ma' l-inizjattivi li ttieħdu favur l-ħarsien ta' l-ambjent, il-proġetti ta' tisbiħ, ir-riabilitazzjoni tal-bini storiku fis-sitt ibliet fortifikati ta' Malta u l-ħidma kbira ta' restawr li saret u għadha qed issir biex jitħares il-wirt storiku ta' pajjiżna, ta' quddiem fost dawn il-proġetti r-restawr tal-Kavallier ta' San Gakbu li nbidel f'Ċentru għall-Kreattivita'.
Isem Francis Zammit Dimech hu sinonimu mal-qasam kulturali f’dawn l-aħħar snin u mal-avvenimenti mill-akbar fil-qasam mużikali u artistiku li qed jiġu organizzati f’pajjiżna sabiex Malta saret tassew ċentru ta’ attivita’ kontinwa u ta’ l-ogħla kalibru, ċentru li jħabbatha sew ma’ l-aqwa bliet Ewropej.
